|
|||||||||
L-Għan ta’ l-Istitut Virtwali għal Materjali ta’ Riferiment (IVEMR) huwa li joffri ‘il-post tal-laqgħa’ għall-Komunitą tal-Materjal ta’ Riferiment. Dan iħeġġeġ għaqdiet ta’ esperti minn kull rokna ta’ l-Ewropa, li jinkludu għaqdiet għal riċerka u żvilupp, laboratorji governattivi u privati, produtturi tal-MR u l-industrija. L-Għan hu li t-tixrid ta’ informazzjoni u pariri, know-how u kull għajnuna fuq Materjal ta’ Riferiment u oqsma relatati, ikun aktar ħafif. Ix-xejra innovattiva tal-IVEMR aslb hija l-istruttura virtwali tiegħu, li jgħaqqad infrastruttura loġistika mill-aktar faċli ma’ network effettiv ħafna għall-Komunikazzjoni tal-Informatika permezz ta’ l-internet, mifruxa mal-Ewropa. L-iskop tal-IVEMR iħaddan il-pajjiżi kollha Ewropej. L-iskop ta’ l-għaqda huwa li jtejjeb il-Kontroll fil Kwalita’ ta’ prodotti u proċessi billi jħajru, jsostnu u jħaffu ż-żieda fl-użu tal-materjal ta’ riferenza u affarijiet relatati (kalibrar, kejl tal-kapaċita’, u akkreditazzjoni) fil, imma mhux biss fl-ambjent, ikel, prodotti industriali, farmaċewtiċi u mediċini fost affarijiet oħrajn. Il-varieta’ ta servizzi li jingħataw ikunu jirriflettu id-dħul miġbur mill-abbonati. Il-Helpdesk jinsab fl-Italja (QualityConsult, Rome). Għal min?
IVEMR huwa maħsub għal kull min irid iżomm livell għoli fil-kwalitą ta’ xogħol. Qisien tajbin huma essenzjali biex tinżamm u tiġi kkontrollata l-kwalita’ tal-prodotti u proċeduri fir-riċerka, manufattura u kummerċ. IVEMR jassigura li jimxi mar-regoli nazzjonali, u b’hekk jgħin l-industrija biex tiżviluppa tkabbir ekonomiku sostenibbli. X’noffru
Il-website tal-IVEMR joffri varjeta’ mdaqqsa ta’ għajnuna fl-oqsma tal-Materjal ta’ Riferiment u Kontroll fil-Kwalita. Il-website toffri mezzi ta’ ricerka estensiva (ghall persuni, progetti, MR., ecc.) u hija wkoll mezz ewlieni ghalik biex tferrex informazzioni (www.VIRM.net). Il-Membri u l-abbonati kollha jkollhom aċċess shih ghat-taghrif permezz ta’ fuljetti ta’ informazzjoni li johorgu regolarment. Dawn jinkludu: · tiftix f’database (eż. ‘Sib MR’ li jinkludi ghazla ta’ tiftix avvanzat) · librerija ta’ rapporti riċenti (jistgħu jiġu mniżżla) linji gwida li għandhom x’jaqsmu mal MR, QA, QC, analiżi ta’ rutina ecc. · ‘network links’ fuq proġetti relatati, databases rilevanti u/jew gwidi li għandhom x’jaqsmu mal-Materjal ta’ Rferiment · avviżi dwar konferenzi, workshops u taħriġ · tagħrif dwar produtturi ta’ MR · għajnuna u pariri għax-xerrejja · glossarju · ‘mingħajr fruntieri’ b’Rappreżentant f’kull Pajjiż, biex jingħelbu l-BARRIERI tal-lingwa · kuntatt ma’ l-stakeholders tal-komunita’ tal-MR RM · tabella ta’ messaggi: ghamel l-MR tieghek jidher · servizz ta’ konsulenza fuq temi difficli, maghgun minn esperti fuq il-MR · ‘sib’ servizz ta’ speċjalista Attivitajiet: Il-Website
Il-website tal-Istitut Virtwali huwa r-rabta’ ewlenija bejn il-membri tal-VIRM. Dan joffri l-faċilitą ta’ riċerka wiesgħa (nies, proġetti, MR etc). Għalhekk dan huwa l-post ewlieni biex tinfirex l-informazzjoni (www.VIRM.net) In-Newsletter
Kun aġġornat darbtejn ta’ l-email bl-aħħar taghrif, aħbarijiet, konferenzi, MR ġodda eċċ, mill-komunitą xjentifika nvoluta fil-qasam tal-Materjal ta’ Riferiment. Ċentru ta’ għajnuna fl-IVMR
Din hi l-unika parti tal-Istitut Virtwali li hija ħajja. Jahdem bhala Technical Helpdesk, għajn ta’ tagħrif minn esperti u segretarjat. Nies imħarrġa jaraw li jżommu l-website aġġornata u jieħdu ħsieb il-mistoqsijiet tagħkom, billi jgħadduhom lill-ispeċjalista tal-IVMR (info@VIRM.net). Ir-Rappreżentant fil-Pajjiż
Dan ir-Rappreżentant jinghazel f’kull pajjiż Ewropew. Huwa jwassal tagħrif, iwiegeb il-mistoqsijiet tagħkom u jifhem il-ħtiġijiet tagħkom. Il-Links
L-IVMR jgħaqqad il-persuni interessati fl-użu tal-MR. Permezz tal-internet, il-produtturi tal-MR u dawk li jużaw l-MR, ikunu jistgħu jitqabbdu ma’ għaqdiet internazzjonali, jiġifieri INT! Abbonat?
Bħala membru tista’ tuża s-servizzi kollha tal-IVMR, in-newsletter, l-użu ta’ databases, tagħrif għall-publikazzjoni, eċċ. Fil-bidu tal-proġett (2003-2004), is-servizzi li joffri l-IVMR ikunu mingħajr ħlas. Tista’ tidħol u tfittex fil-website tagħna www.virm.net fejn tista’ tapplika direttamant, on-line, billi timla l-formola ta’ applikazzjoni. Il-mizata ser tkun ta’ 150 € fis-sena, għal tnaqqis, fittex fil-website. Aqbad magħna
Idħol fil-website http://www.virm.net Ikklikkja fuq il-bandiera Maltija u ssib it-tagħrif meħtieġ bl-ilsien Malti. Ir-Rapprezentant f’Malta huwa: Dr George PEPLOW Dipartiment tal-Kimika Fakultą tax-Xjenza Universitą ta’ Malta Msida, Malta Tel: +356 9947 0204 Fax: +356 2131 8688 E-mail: peplowg@maltanet.net Għall kull tagħrif u kummenti aqbad maċ-ċentru ta’ għajnuna internazzjonali tagħna: info@VIRM.net ----- Virtual |
|||||||||
| © 2002 - 2010 VIRM | |||||||||