Malta

Download information leaflet - Malta

Il-POST tal-laqgħa . . .
għal-min jipproduċi jew juża Materjal ta’ Riferiment
Min aħna
L-Għan ta’ l-Istitut Virtwali għal Materjali ta’ Riferiment (IVEMR) huwa li joffri ‘il-post tal-laqgħa’ għall-Komunità tal-Materjal ta’ Riferiment. Dan iħeġġeġ għaqdiet ta’ esperti minn kull rokna ta’ l-Ewropa, li jinkludu għaqdiet għal riċerka u żvilupp, laboratorji governattivi u privati, produtturi tal-MR u l-industrija.
L-Għan hu li t-tixrid ta’ informazzjoni u pariri, know-how u kull għajnuna fuq Materjal ta’ Riferiment u oqsma relatati, ikun aktar ħafif. Ix-xejra innovattiva tal-IVEMR aslb hija l-istruttura virtwali tiegħu, li jgħaqqad infrastruttura loġistika mill-aktar faċli ma’ network effettiv ħafna għall-Komunikazzjoni tal-Informatika permezz ta’ l-internet, mifruxa mal-Ewropa.
L-iskop tal-IVEMR iħaddan il-pajjiżi kollha Ewropej.
L-iskop ta’ l-għaqda huwa li jtejjeb il-Kontroll fil Kwalita’ ta’ prodotti u proċessi billi jħajru, jsostnu u jħaffu ż-żieda fl-użu tal-materjal ta’ riferenza u affarijiet relatati (kalibrar, kejl tal-kapaċita’, u akkreditazzjoni) fil, imma mhux biss fl-ambjent, ikel, prodotti industriali, farmaċewtiċi u mediċini fost affarijiet oħrajn. Il-varieta’ ta servizzi li jingħataw ikunu jirriflettu id-dħul miġbur mill-abbonati.
Il-Helpdesk jinsab fl-Italja (QualityConsult, Rome).
Għal min?
IVEMR huwa maħsub għal kull min irid iżomm livell għoli fil-kwalità ta’ xogħol. Qisien tajbin huma essenzjali biex tinżamm u tiġi kkontrollata l-kwalita’ tal-prodotti u proċeduri fir-riċerka, manufattura u kummerċ. IVEMR jassigura li jimxi mar-regoli nazzjonali, u b’hekk jgħin l-industrija biex tiżviluppa tkabbir ekonomiku sostenibbli.
X’noffru
Il-website tal-IVEMR joffri varjeta’ mdaqqsa ta’ għajnuna fl-oqsma tal-Materjal ta’ Riferiment u Kontroll fil-Kwalita. Il-website toffri mezzi ta’ ricerka estensiva (ghall persuni, progetti, MR., ecc.) u hija wkoll mezz ewlieni ghalik biex tferrex informazzioni (www.VIRM.net). Il-Membri u l-abbonati kollha jkollhom aċċess shih ghat-taghrif permezz ta’ fuljetti ta’ informazzjoni li johorgu regolarment. Dawn jinkludu:
•         tiftix f’database (eż. ‘Sib MR’ li jinkludi ghazla ta’ tiftix avvanzat)
•         librerija ta’ rapporti riċenti (jistgħu jiġu mniżżla) linji gwida li għandhom x’jaqsmu mal MR, QA, QC, analiżi ta’ rutina ecc.
•         ‘network links’ fuq proġetti relatati, databases rilevanti u/jew gwidi li għandhom x’jaqsmu mal-Materjal ta’ Rferiment
•         avviżi dwar konferenzi, workshops u taħriġ
•         tagħrif dwar produtturi ta’ MR
•         għajnuna u pariri għax-xerrejja
•         glossarju
•         ‘mingħajr fruntieri’ b’Rappreżentant f’kull Pajjiż, biex jingħelbu l-BARRIERI tal-lingwa
•         kuntatt ma’ l-stakeholders tal-komunita’ tal-MR RM
•         tabella ta’ messaggi: ghamel l-MR tieghek jidher
•         servizz ta’ konsulenza fuq temi difficli, maghgun minn esperti fuq il-MR
•         ‘sib’ servizz ta’ speċjalista
Attivitajiet:
Il-Website
Il-website tal-Istitut Virtwali huwa r-rabta’ ewlenija bejn il-membri tal-VIRM. Dan joffri l-faċilità ta’ riċerka wiesgħa (nies, proġetti, MR etc). Għalhekk dan huwa l-post ewlieni biex tinfirex l-informazzjoni (www.VIRM.net)
In-Newsletter
Kun aġġornat darbtejn ta’ l-email bl-aħħar taghrif, aħbarijiet, konferenzi, MR ġodda eċċ, mill-komunità xjentifika nvoluta fil-qasam tal-Materjal ta’ Riferiment.
Ċentru ta’ għajnuna fl-IVMR
Din hi l-unika parti tal-Istitut Virtwali li hija ħajja. Jahdem bhala Technical Helpdesk, għajn ta’ tagħrif minn esperti u segretarjat. Nies imħarrġa jaraw li jżommu l-website aġġornata u jieħdu ħsieb il-mistoqsijiet tagħkom, billi jgħadduhom lill-ispeċjalista tal-IVMR (info@VIRM.net).
Ir-Rappreżentant fil-Pajjiż
Dan ir-Rappreżentant jinghazel f’kull pajjiż Ewropew. Huwa jwassal tagħrif, iwiegeb il-mistoqsijiet tagħkom u jifhem il-ħtiġijiet tagħkom.
Il-Links
L-IVMR jgħaqqad il-persuni interessati fl-użu tal-MR. Permezz tal-internet, il-produtturi tal-MR u dawk li jużaw l-MR, ikunu jistgħu jitqabbdu ma’ għaqdiet internazzjonali, jiġifieri INT!
Abbonat?
Bħala membru tista’ tuża s-servizzi kollha tal-IVMR, in-newsletter, l-użu ta’ databases, tagħrif għall-publikazzjoni, eċċ. Fil-bidu tal-proġett (2003-2004), is-servizzi li joffri l-IVMR ikunu mingħajr ħlas. Tista’ tidħol u tfittex fil-website tagħna www.virm.net fejn tista’ tapplika direttamant, on-line, billi timla l-formola ta’ applikazzjoni. Il-mizata ser tkun ta’ 150 € fis-sena, għal tnaqqis, fittex fil-website.
Aqbad magħna
Idħol fil-website http://www.virm.net
Ikklikkja fuq il-bandiera Maltija u ssib it-tagħrif meħtieġ bl-ilsien Malti. Ir-Rapprezentant f’Malta huwa:
Dr George PEPLOW
Dipartiment tal-Kimika
Fakultà tax-Xjenza
Università ta’ Malta
Msida, Malta
Tel:              +356 9947 0204
Fax:             +356 2131 8688
E-mail: peplowg@maltanet.net
Għall kull tagħrif u kummenti aqbad maċ-ċentru ta’ għajnuna internazzjonali tagħna: info@VIRM.net

Comments are closed.